- Il-Bandisti
- Il-Każin
- Il-Kumitat
- Is-Surmastrijiet
Wind

Ħinijiet ta' Ftuħ
Monday | 14:00 - 23:00 |
Tuesday | 12:00 - 23:00 |
Wednesday | 12:00 - 23:00 |
Thursday | 12:00 - 23:00 |
Friday | 12:00 - 23:00 |
Saturday | 10:00 - 23:00 |
Sunday | 09:00 - 23:00 |


Is-Surmastrijiet tal-passat
![Picture of [object Object]](https://res.cloudinary.com/dcxrjwox2/image/upload/v1714322371/James_Chappell_8_keeiwl.png)
James Chappell (ALCM LLCM CMI) 2014 - 2023 Mro. James Chappell ALCM LLCM CMI twieled fl-10 ta’ Marzu 1970. Beda l-istudji mużikali tiegħu mal-Banda L’ Isle Adam tar-Rabat, fejn ħareġ idoqq il-klarinett fl-1983. Fl-1984 ingħaqad mas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Studja l-klarinett taħt il-Professur Freddie Mizzi, armonija u kompożizzjoni mal-Professur Dr. Charles Zammit u Mro. Lawrence Borg u d-direzzjoni orkestrali taħt Mro. Joseph Sammut. Kiseb id-diplomi Associate u Licentiate mill-London College of Music.
Matul is-snin, Kompli aqra
![Picture of [object Object]](https://res.cloudinary.com/dcxrjwox2/image/upload/v1714322371/Joseph_Vella_7_jht0rm.jpg)
Joseph Vella 1974 - 2014 Joseph Vella, twieled fil-Belt Victoria t’Ghawdex minn Ganni u Annunzjata nee Attard fid-9 ta’ Jannar 1942. Kien missieru Ganni Vella li nissel fih l-ewwel xrara ta’ mħabba lejn il-kamp mużikali u qatt ma ħares lura. Missieru kien Surmast tal-Banda La Stella u konna wkoll insibuh fil-knejjes jidderieġi l-orkestra waqt il-festi titulari tagħna. Joseph tghallem il-pjanu u l-vjolin taht missieru li kien Surmast Direttur tal-banda La Stella ta’ l-istess belt. Kompla l-istudji muzikali tieghu ma Kompli aqra
![Picture of [object Object]](https://res.cloudinary.com/dcxrjwox2/image/upload/v1714322371/Vincenzo_Ciappara_6_gpsizk.jpg)
Vincenzo Ciappara 1928 - 1974 Vincenzo Ciappara twieled il-Belt Valletta fis-6 ta’ Novembru 1890 minn Carmelo u Paola nee Psaila. Ta’ għaxar snin Vincenzo kien student il-Liceo, iżda wara li missieru rebaħ vjolin huwa tħajjar jitgħallem il-mużika. Meta kellu erbatax-il sena beda jdoqq il-vjolin fil-knejjes u daħal fil-kappella ta’ Mro. Anton Nani. Bejn l-1907 u 1-1939 kien idoqq ma l-Orkestra tat-Tejatru Rjal. Matul l-aħħar tmintax-il sena huwa kien il-professur tal-vjola ta’ l-istess Tejatru b’rakkomandazzjoni ta’ Kompli aqra
![Picture of [object Object]](https://res.cloudinary.com/dcxrjwox2/image/upload/v1714322370/Francesco_Bellizzi_5_jzrbjm.jpg)
Francesco Bellizzi 1927 - 1928 Francesco Bellizzi twieled il-Belt Valletta fl-1891. Wara li telaq Vitaliti kien ġie avviċinat biex jidderieġi lill-Banda Konti Ruġġieru fl-1928, iżda ma tantx seta’ jdum hemm minħabba raġunijiet famlijari kif ukoll għax kien direttur ta’ l-orkestra ta’ l-ammirall. Wara li l-Banda għaddiet taħt Vincenzo Ciappara, fl-assenza ta’ dan is-surmast huwa kien baqa’ jidderiegi lill-Banda Konti Ruġġieru. Kien ukoll assistent surmast tal-Banda San Ġorġ ta’ Bormla. Idderieġa diversi opri kemm fit-tejatru Kompli aqra
![Picture of [object Object]](https://res.cloudinary.com/dcxrjwox2/image/upload/v1714322370/Giuseppe_Vitaliti_4_sd5utk.jpg)
Giuseppe Vitaliti 1920 - 1927 Giuseppe Vitaliti kien minn Milan. Hu ġie f’Malta x’aktarx fil-bidu tas-seklu għoxrin biex idoqq ma l-orkestra tat-Tejatru Rjal. Kien mużiċist tajjeb tant li kien ukoll kompożitur. L-ewwel darba li niltaqgħu miegħu kien meta l-Banda Konti Ruġġieru daqqet il-Marcia Sinfonica ‘Omaggio alla Francia’ ta’ l-istess Vitaliti fi programm klassiku taht id-direzzjoni tas-Surmast tagħha Antonio Agius.
Wara li kien għadu kif spiċċa minn Surmast Direttur tal-Banda La Valette, fl-1920 huwa laħaq Surmast Kompli aqra
![Picture of [object Object]](https://res.cloudinary.com/dcxrjwox2/image/upload/v1714322370/Antonio_E._agius_3_va76av.jpg)
Antonio E Agius 1902 - 1920 Antonio Agius bin Epifanio u Annda Spiteri twieled ir-Rabat fis-6 ta’ Jannar 1849 u tgħammed l-għada fil-Knisja Proto-Parrokjali ta’ San Pawl. Is-saċerdot kien il-Viċi-Parrokku Vincenz Magri filwaqt li l-parrini kienu Franġisku Agius u Marija Spiteri bint il-mejjet Frangisku. Ingħatawlu l-ismijiet ta’ Antonio, Giovanni Marija, Franġisku u Ġużeppi.
Is-Surmast Antonio kien ġej minn familja ta’ mużiċisti u l-ewwel edukazzjoni fil-qasam tal-muzika x’aktarx li ħadha mingħand missieru Epifanio. Lejn Kompli aqra
![Picture of [object Object]](https://res.cloudinary.com/dcxrjwox2/image/upload/v1714322370/Francesco_xuereb_2_avfnqq.jpg)
Frangisku Xuereb 1878 - 1902 Franġisku Xuereb twieled ir-Rabat minn Ġużeppi u Ursola nee Dimech fis-sena 1853. Il-familja Xuereb kienet midħla sewwa tal-Proto-Parroċċa ta’ San Pawl u l-Arċikonfraternità tas-Ssmu. Sagrament, tant li huh, il-Kanoniku Kollġġjali Pietru Pawl Xuereb kien Prokuratur ta’ l-imsemmija Arċikonfraternitaà bejn l-1870-1872 u l-1876-1878.
Franġisku beda jitgħallem il-mużika taħt is-Surmast Epifanio Agius u ta sittax-il sena nsibuh wkoll bħala bandist u wieħed mill-Fundaturi tal-Banda Konti Ruġġieru. Kompli aqra
![Picture of [object Object]](https://res.cloudinary.com/dcxrjwox2/image/upload/v1714322370/Epifanio_agius_1_kd9qlt.jpg)
Epifanio Agius 1869 - 1878 Epifanio Agius twieled ir-Rabat minn Alessandro u Marija nee Bugeja tas-sena 1820. Dwar ħajtu ftit li xejn nafu iżda l-arti mużikali x’aktarx li wiritha mingħand missieru Alessandru li nsibuh hi kien mużiċist tajjeb, tant li bejn Frar 1818 u Ottubru 1822 kien idoqq il-vjolinċell fil-Katidral ta’ l-Imdina.
Fis-17 ta’ Jannar 1843 huwa żżewweġ lil Anna Spiteri mir-Rabat fil-Knisja Proto-Parrokkjali ta’ San Pawl. Huma kellhom żewġt ‘itfal, Antonio li aktar tard insibuh Surmast tal-Banda Konti Kompli aqra